Illum l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria taż-Żurrieq bdiet żjara f’San Marino. Il-Banda Queen Victoria ser tkun qegħda tagħti servizz fil-festi li ser issiru bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum ir-Repubblika f’San Marino li tiġi ċċelebrata fit-3 ta’ Settembru.
Fi stqarrija fuq il-paġna ta’ Facebook il-Banda Queen Victoria awgurat il-vjaġġ it-tajjeb u kull suċċess lis-Surmast u l-bandisti filwaqt li stqarret li tinstab kburija u onorata li mhijiex sempliċiment qegħda ddoqq barra minn xtutna iżda li kienet qegħda tgħati servizz fuq stedina f’avveniment nazzjonali.
//= $special ?>