Tifla ta’ ħames snin iddaħħlet l-Isptar għall-kura f’inċident li ħalla wkoll tliet nisa oħra midruba u li kellhom jiġu rikoverati fl-Isptar Mater Dei.
Jirriżulta li ftit wara l-11.15 seħħ impatt bejn tliet vetturi fi Triq Mons Mikel Azzopardi, is-Siġġiewi, quddiem il-Limestone Heritage.
Il-midruba huma mara ta’ 37 sena mis-Siġġiewi, li kienet qed issuq vettura tat-tip Toyota Hilux u li magħha kellha wkoll tifla ta’ ħames snin, li wkoll kellha bżonn tiddaħħal l-Isptar. Iddaħħlu l-isptar ukoll mara ta’ 28 sena li kienet qed issuq Toyota Vitz kif ukoll ommha li kienet passiġġiera fl-istess vettura.
Mara oħra ta’ 52 sena residenti l-Imqabba u li kienet qed issuq vettura tat-tip Toyota Corsa sofriet biss ġrieħi ħfief u ma kelliex bżonn tittieħed l-Isptar.
Ritratti: Roberto Runza
//= $special ?>



