Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

IL-ĠURNALI LLUM IS-SIBT 29 T’AWWISSU 2015

IN-NAZZJON dalgħodu fil-faċċata wieħed issib stampa tal-grupp popolari Taljan Il Volo li llejla ser ikun qiegħed jgħati kunċert f’Malta. Storja oħra fil-faċċata ta’ In-Nazzjon titkellem dwar kif il-gvern ipprova jaħbi rapport intern li juri l-falliment tal-gvern fl-isptar Mater Dei anke mill-parlament. Storja oħra titkellem dwar il-proġett tal-Power Station fejn f’konferenza ta’ l-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista ġie deskritt bħala proġett mibni fuq nuqqas ta’ veritajiet.

L-ORIZZONT fil-faċċata bit-titlu ‘Ejjew minn barra niex nilħqu ftehim’ jgħati l-importanza tal-faċċata lill-azzjonijiet industrijali li l-General Workers Union l-bieraħ ordnat fl-ST Microelectronics. Storja oħra fl-istess ġurnal titkellem dwar Malti ieħor arrestat fil-Libja u li jinstab akkużat b’kuntrabandu ta’ diesel.

THE TIMES OF MALTA minn naħa tagħha wkoll fil-faċċata titkellem dwar l-istorja tal-Malti arrestat fil-Libja. U dejjem mill-Libja fi storja oħra l-istess ġurnal jitkellem dwar il-mewt ta’ mitejn immigrant biswit il-kosta Libjana.

THE MALTA INDEPENDENT fil-faċċata minn naħa tagħha ġġib ritratt marbut mat-traġedja ta’ l-immigrazzjoni biswit il-kosta Libjana. Fi storja oħra The Malta Independent jirraporta d-diskors tas-Segretarju Parlamentari Jose Herrera l-bieraħ. L-istess ġurnal fil-faċċata għandu storja wkoll dwar kif il-bini ta’ boutique hotel fil-Belt għamel ħsara f’dar antika.