Il-Malta Developers Association fi stqarrija saħqet fuq l-importanza ta’ proċess serju ta’ due diligence fil-Programm ta’ Malta dwar Residenza u Visa kif mħabbar il-bieraħ mis-Segretarju Parlamentari Jose Herrera. L-MDA qalet li l-bżonn ta’ proċess serju ta’ due diligence għandu jkun sabiex jiġi assigurat li dawk li jkunu aċċettati għal dan il-programm ikunu nies ġenwini u b’record legali nadif sabiex il-programm ikun tabilħaqq ta’ suċċess.
Fl-istess stqarrija l-MDA sostniet li hija kienet qegħda tilqa b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-gvern li jnieni l-Programm ta’ Malta dwar Residenza u Visa.
Waqt il-konferenza stampa li saret il-Ġimgħa s-Segretarju Parlamentari Jose Herrera ħabbar li sabiex barranin jiksbu l-permess ta’ residenza huma jridu jagħmlu investment f’bonds tal-gvern kif ukoll jinvestu fi propjeta f’valur ta’ bejn mitejn u sebgħin elf u tlett mija u għoxrin elf Ewro fin-naħa t’isfel ta’ Malta jew li jikru propjeta’ għal valur ta’ tnax il-elf Ewro fis-sena fin-naħa t’isfel ta’ Malta.
//= $special ?>

