Il-ġurnalisti spiċċaw jistennew għalxejn meta dalgħodu marru għal attivita’ tal-Ministru Joe Mizzi għalxejn.
Il-membri tal-media tfaċċaw Birżebbuġa kmieni s-Sibt filgħodu fid-disa’ neqsin kwart (8.45am) għal żjara li l-Ministru tat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi kellu jagħmel fil-pitch il-ġdida tal-waterpolo.
Iżda wara madwar għoxrin minuta jistennew, il-ġurnalisti ġew infurmati b’email li ż-żjara tal-Ministru kellha ssir tnax-il siegħa wara, jiġifieri fid-disa’ neqsin kwart ta’ filgħaxija (8.45pm).
Ritratt: L-istedina oriġinali lill-media dwar iż-żjara tal-Ministru s-Sibt filgħodu.
Ritratt: Wara kważi għoxrin minuta mill-ħin li suppost beda ż-żjara tiegħu, il-Gvern jibgħat email lill-ġurnalisti li kien hemm bidla fil-ħin.
Ritratt: Is-sit fejn kellha ssir iż-żjara tal-Ministru Mizzi kmieni s-Sibt filgħodu.
//= $special ?>




