Il-President Emeritus u eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami ddaħħal l-isptar wara li fl-aħħar sigħat ħassu ma jiflaħx.
MaltaRightNow hu nfurmat li l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista qed jinżamm għall-osservazzjoni medika għalkemm jidher li l-qagħda tiegħu hi waħda tajba.
Il-President Emeritus Eddie Fenech Adami għandu 81 sena.
Intant, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil f’messaġġ indirizzat lill-President Emeritu Eddie Fenech Adami, wegħdu il-ħsibijiet u t-talb f’dan il-mument, filwaqt li awguralu s-saħħa.
//= $special ?>


