Fi Triq it-Tiġrija fir-Rabat dalgħodu għal ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu seħħ inċident tat-traffiku li fih kienu involuti żewġ vetturi. Il-vetturi nvoluti kienu vettura t-tip BMW misjuqa minn żgħazugħ ta’ 26 sena minn Birkirkara u vettura tat-tip Toyota misjuqa minn raġel ta’ 21 sena mis-Siġġiewi.
Il-karozza BMW kellha fiha wkoll tlett passiġieri, persuna ta’ 22 sena mill-Imsida, persuna ta’ 26 sena mill-Pieta’ u persuna ta’ 18 il-sena mill-Iklin.
Is-sewwieq tat-Toyota kellu jittieħed l-isptar Mater Dei għal kura medika.
//= $special ?>

