Alan Colby, Irlandiż li kkawża inċident tat-traffiku waqt li kien qiegħed isuq mingħajr liċenzja illum ġie mmultat €1,000 u kellu l-liċenżja tas-sewqan sospiża għal xahar meta ġie mressaq quddiem il-Qorti.
L-inċident seħħ il-bieraħ filgħaxija f’Birkirkara.
Colby wieġeb li huwa ħati ta’ sewqan traskurat u negliġenti, ta’ sewqan b’veloċita’ eċċessiva u li weġġa lil vittma u għamel ħsara fil-karozza tagħha.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sandra Zammit.
//= $special ?>
