Fi Triq il-Wied fl-Imsida vettura tat-tip Hyundai Accent tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla ġo bankina u wara ġo siġra f’inċident tat-traffiku li seħħ fl-erbgħa u nofs ta’ filgħodu.
Il-karozza kienet qegħda tiġi misjuqa minn raġel ta’ 35 sena mill-Kongo iżda residenti f’San Pawl il-Baħar.
Il-kundizzjoni medika tar-raġel għadha mhijiex magħrufa għalkemm ir-raġel kellu jittieħed l-isptar Mater Dei għal kura.
//= $special ?>

