Numru ta’ ristoranti fir-Rabat u l-Imdina kellhom jagħlqu f’lejl importanti għall-kummerċ ta’ dawn l-inħawi hekk kif inqata’ d-dawl. Rapporti li waslu għand MaltaRightNow jindikaw li l-Imdina kollha tinsab fi dlam ċappa.
Minbarra l-Imdina, affettwati wkoll partijiet mir-Rabat, is-Siġġiewi u Ħad-Dingli.
Ninsabu nfurmati wkoll li fl-istess irħula, f’partijiet fejn ma sofrewx qtugħ tad-dawl, dan tbaxxa’ għal xi sekondi u f’xi każi għal iktar minn darba.
//= $special ?>

