Fi stqarrija Wasteserv Malta Limited spejgat li lbieraħ żviluppa nar fl-engineered landfill tal-Għallis.
In-nar ġie kkontrollat u ntefa’ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien mal-ħaddiema tal-Wasteserv u kuntratturi fuq il-post.
Ħadd ma weġġa f’dan l-inċident u ma kien hemm l-ebda ħsara għall-faċilitajiet tal-Wasteserv fi ħdan il-kumpless tal-Magħtab.
Matul il-ħidma ntużaw erba’ vetturi tat-tifi tan-nar u 42,000 litru ta’ ilma.
//= $special ?>

