Żagħżugħ ta’ 20 sena residenti San Pawl il-Baħar iddaħħal l-isptar isofri minn xi ġrieħi wara li laqat karozza pparkjata u spiċċa bil-karozza b’kollox maqlub barra mit-triq, fi Vjal l-Indipendenza, eżatt kif qabeż il-kappella ta’ San Silvestru fil-Mosta. Il-kundizzjoni tas-sewwieq għad mhix magħrufa.
Jirriżulta li fl-inċident, li seħħ għall-ħabta tal-05:00, iż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu, tat-tip Fiat Punto u baqa’ dieħel f’vettura pparkjata. konsegwenza tal-inċident intlaqtu wkoll numru ta’ karozzi oħra pparkjati; Toyota Vitz, Honda Civic, peugeot 101 u Volkwagen Golf.
Fuq il-post waslu membri mill-Protezzjoni Ċivili, hekk kif fit-triq inxtered ammont ta’ fuel, kif ukoll ħaddiema tal-Enemalta biex jiżguraw li ma kienx hemm periklu minħabba l-biża’ li setgħet ġiet affettwata s-sistema’ tad-dawl.
Ritratti: Joseph Tonna – Facebook
//= $special ?>