Lokali

Ritratti xokkanti: Trabi jittellgħu mejta mill-baħar wara l-aħħar traġedja fil-Libja

L-awtoritajiet fil-Libja għaddejjin b’ħidma ma taqta’ xejn biex jiġbru l-katavri tal-aħħar traġedja fil-baħar qrib il-pajjiż, fejn hu maħsub li għerqu madwar 200 persuna.

Fost ir-ritratti tal-qsim il-qalb li waslu għand dan is-sit huma dawk ta’ trabi u tfal żgħar li mietu mgħarrqa u li qed jittellgħu mill-baħar jew jinġabru mix-xtajtiet. Mhux magħruf meta ttieħdu dawn ir-ritratt hekk kif l-aħħar jiem kienu mtappna minn sensiela ta’ traġedji.

L-aħħar traġedja seħħet ‘il barra mill-belt ta’ Zuwara, bl-awtoritajiet iħabbru li żewġ dgħajjes b’mnadwar 500 persuna abbord kienu qed iħallu l-Afrika fid-direzzjoni tal-Italja. Jirriżulta li għal xi raġuni, waħda mid-dgħajjes għerqet.

Jidher li s’issa ġew salvati biss madwar mitt persuna, inkluż disa’ nisa u żewġt’ibniet.

11910615_10206183784332061_1371120360_n