Lokali

Trakk jolqot ħajt tas-sejjieħ u jinqaleb fuq ġenb – is-sewwieq jeħlisha ħafif

Sewwieq ta’ trakk żgħir ħelisha ħafif meta t-trakk li kien qed isuq laqat ħajt tas-sejjieħ fit-triq li tgħaqqad il-limiti tar-Rabat mas-Siġġiewi, tela’ fuqu u spiċċa maqlub fuq ġenb fuq l-istess ċint.

Bl-impatt it-trakk ġarrab ħsarat estensivi fil-kabina tiegħu filwaqt li l-ħajt tas-sejjieħ tal-għalqa nfirex mat-triq li tinsab fil-limiti tar-Rabat, ftit bogħod minn kumpless tad-divertiment li jinsab fiż-żona. Fortunatament is-sewwieq ħareġ mit-trakk waħdu.

Il-każ seħħ ftit wara s-13:00.