Il-President Emeritu Eddie Fenech Adami nħareġ mill-isptar aktar kmieni.
Hu kien qed jinżamm taħt osservazzjoni medika wara li lbieraħ sofra attakk tal-qalb. Bejn ilbieraħ u llum il-kundizzjoni tal-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista kienet waħda stabbli.
Dalgħodu f’kollegament telefoniku, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil awgura s-saħħa lil Eddie Fenech Adami. l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista għandu 81 sena.
//= $special ?>

