Fl-Indja hemm agħa sħiħ wara li sar magħruf li t-tmexxija ta’ raħal ordna li żewġt aħwa bniet ikunu stuprati minn grupp irġiel u wara jinġarru għarwenin tul it-toroq tar-raħal bħala kastig.
Kastig talli ħuhom ħarab ma’ mara miżżeweġa minn klassi soċjali differenti.
Issa eluf ta’ Indjani qed jiffirmaw petitżjoni biex dawn iż-żewġ bnit jingħataw protezzjoni.
Il-każ ġara fir-raħal ta’ Baghpat fil-provinċja ta’ Uttar Pradesh.
Fl-Indja, ordnati li jkunu stuprati bħala kastig
