Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Il-faċċati tal-ġurnali għal-lum jitrattaw stejjer varji, fosthom:

Il-Mument bl-istorja ewlenija tkun dwar kif l-eks Kwartieri tal-PBS se jsiru l-uffiċju ta’ Ray Zammit. Storja oħra dwar pressjoni mill-Unions fuq il-Gvern minħabba il-prezz għoli tal-petrol u d-diesel.

The Sunday Times of Malta b’rapport ewlieni dwar bidwi li kixfet mal-ġurnal The Times kif 2,000 metru kwadru nbiegħu lil kuntrattur biex jagħmel estensjoni tal-villa tiegħu, liema bejgħ sar wara intervent tad-Dipartiment tal-Artijiet.

Il-Maltatoday b’rapport dwar kif il-kleru f’Għawdex jinsab irrabbjat għall-Isqof Mario Grech li għadu ma nfurmax lil persuna li fl-2013 tneħħa minn saċerdot b’din id-deċiżjoni tal-Vatikan.

The Malta Independent b’rapport dwar kif il-Gvern qed jikri l-art pubblika bl-irħis lill-‘American University of Malta’.

Il-KullĦadd b’rapport dwar kif tista’ ssir komunikazzjoni bejn is-servizzi tal-emerġenza f’każ ta’ terremot. It-Torċa b’rapport dwar il-popma tal-petrol ta Gaffarena.