Ingliża ta’ 54 sena weġġgħet serjament u tinsab f’qagħda kritika wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq is-Salina, limiti tan-Naxxar kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-6.30.
Fil-ħabta kienu involuti żewġ vetturi, tat-tip Volkswagen Golf misjuqa minn raġel ta’ 23 sena u Suzuki Vitara, misjuqa mill-mara. Iż-żewġ persuni huma residenti l-Mellieħa.
Il-Pulizija qalet li l-ewwel indikazzjonijiet huma li l-vetturi kienu qed jinstaqu f’direzzjonijiet opposti. Fuq il-post issejjħet l-assistenza tal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex il-mara tinħareġ mill-karozza. Iż-żewġ sewwieqa ttieħdu l-isptar ater Dei biex jingħataw il-kura.
Hemmek il-mara ġiet ċertifikata li tinsab f’qagħda kritika, filwaqt r-raġel ġie ċċertifikar li ġarrab ġrieħi ħfief. Dwar l-inċident qed issir inkjesta Maġisterjali filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
//= $special ?>

