Internazzjonali

Jgħebu t-tfal tal-immigranti salvati fl-Awstrija

epa04905152 Inspektor Jan Gieber of Austrian police shows the inside of the large van outside the police station in Braunau, Upper Austria, 30 August 2015. Three migrant children aged between 5 and 6 years were saved from dehydration by Austrian police in St. Peter am Hart, near Braunau in the early morning of Friday, 28 August 2015. The children were among 26 asylum seekers who were brought to Austria in the van. The driver as been arrested. EPA/DANIEL SCHARINGER no restriction apply

Fl-Awstrja filwaqt li kien hemm rabja wara li l-Ġimgħa nstabu tliet itfal f’xifer il-mewt moħbija f’vann flimkien ma’ 26 immigrant ieħor, il-Ħadd irriżulta li dawn kienu għebu mill-isptar fejn kienu qed jingħataw kura.
It-tfal kienu ttieħdu lejn sptar f’Braunau am Inn u l-Pulizija qalet li kieku għadda ftit ħin ieħor, dawn kienu se jmutu minħabba nuqqas ta’ arja. Ix-xuffier tal-vann, Rumen, kien arrestat mill-Pulizija.
Dawn l-immigranti nstabu ġurnata wara li nstabb trakk abbandunat bil-katavri ta’ 71 persuna tul triq fl-Awstrja qrib il-fruntiera mal-Ungerija.