Il-GRTU u l-UĦM jistennew li fil-Budget li jmiss il-Gvern jindirizza l-problema tal-prezzijiet eżaġerati tal-fuels f’pajjiżna. Dan ġie rrappurtat fil-ħarġa tal-lum ta’ il-mument.
Is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM Josef Vella kien mistoqsi minn il-mument jekk hux se ssir pressjoni biex il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel f’Malta jirriflettu s-swieq internazzjonali. Dan wara li-prezz internazzjonali niżel għal livelli record.
Vella qalilna li bħalma għamlet aktar kmieni din is-sena, l-UĦM qed issegwi l-prezz internazzjonali taż-żejt mhux raffinat u jekk, kif inhu previst il-prezz internazzjonali jkompli nieżel, se tinsisti biex tittieħed azzjoni mill-awtoritatjiet biex il-prezzijiet tad-diesel u petrol jirriflettu dak li qed jiżviluppa fuq livell internazzjonali.
“Kull prezz li ma jirriflettix livelli internazzjonali jfisser telf ta’ kompettivita’ għan-negozji Maltin u Ghawdxin u dan jista’ jwassal għal telf ta’ impjiegi. Dan ma jidhirx li qed jinhass prezentement izda jekk il-prezz taz-zejt internazzjonali jkompli nieżel kif previst u l-prezzijiet lokali tad-diesel u unleaded fuel jibqghu kif inhuma, is-sitwazzjoni tista’ tinbidel u jiżdied ir-riskju ta’ telf ta’ impjiegi”, sostna Josef Vella.
Il-UĦM tistenna li mhux biss il-prezzijiet tal-fuels jorhsu skond ic-caqliq fil-prezz internazzjonali taż-żejt iżda li l-awtoritajiet iħabbru miżuri fil-Budget li jmiss biex jilqgħu għas-sitwazzjonali ekonomka internazzjonali specjalment it-tnaqqis fir-ritmu eknomomiku tac-Cina li qed taffetwa dawk il-pajjizi li jesportaw lejn iċ-Ċina u oħrajn, inkluz Malta, li jiddependu minn investiment Ciniz.
Il-President tal-GRTU Paul Abela żvela ma’ din il-gazzetta illi huma se jaghmlu proposta speċifika għal dan il-Budget relatata mal-prezz taż-żejt u l-mekkanizmu tax-xiri. Il-GRTU se tagħmel pressjoni f’dan l-ambitu.
Ma’ il-mument, Paul Abela sostna illi l-prezz taż-żejt dejjem ikollu impatt fuq il-kompetittivita’ kif ukoll fuq il-prezz ta’ servizzi jew oġġetti. “Għaldaqstant irħas ma jkun iktar aħjar u iktar ma dan ikun jirrefletti l-prezz internazzjonali taż-żejt iktar l-kumpaniji tagħna ikunu jistgħu jikkompetu ma’ sħabhom fl-Ewropa”.
“Iva il-GRTU taqbel li din il-materja tiġi indirizzata fil-Budget li jmiss. Tant hu hekk li se tressaq proposta konkreta ghall-Budget f’dan ir-rigward”, sostna Paul Abela.
Hu qal illi l-MCESD se jitlaqqa fi żmien qasir biex jiddiskuti l-proposti tal-Budget, u il-GRTU se tieħu din l-opportunita’ biex tenfasizza fuq dan il-punt.
Aktar fil-ġurnal il-mument…
//= $special ?>

