Illum hu t-tmintax-il anniversarju mill-mewt tal-Prinċipessa Diana, li kienet mietet f’inċident tat-traffiku f’Pariġi wara li l-karozza li kienet fiha ħabtet. Hi kienet mietet fil-31 t’Awissu 1997.
Il-Prinċipessa kienet fil-karozza mas-sieħeb tagħha Dodi Al Fayed, iben il-biljunarju Mohammed Al Fayed, meta numru ta’ fotografi fuq il-muturi bdew jiġru wara l-karozza tal-Prinċipessa. Dan aktarx wassal biex kien intilef il-kontroll tal-karozza li fiha kien hemm il-Prinċipessa.
L-inċident kien seħħ bil-lejl. Filwaqt li Al Fayed u x-xufier tal-karozza mietu fuq il-post, il-Prinċipessa Diana ttieħdet ġo sptar f’Pariġi fejn aktar tard tilfet ħajjitha.
//= $special ?>