Il-grupp satiriku ‘Bla Kondixin’ kien il-moħħ wara ċ-ċajta tal-iskeletru f’Għajn Tuffieħa.
Fuq Facebook, il-grupp Bla Kondixin kiteb: “Ara min ħareġ b’waħda ġdida!” u xandru l-filmat li juri dak kollu li seħħ nhar is-Sibt li għadda.
Għawwiema li s-Sibt kienu Għajn Tuffieħa baqgħu sorpriżi meta nstabet kaxxa tal-injam fir-ramel, li fiha kien hemm ras ta’ skeletru.
Ċertament li kienet ċajta tajba, b’ħafna jfaħħru l-istil mhux daqstant tradizzjonali li l-grupp ‘Bla Kondixin’ qed jirreklama biex iħejji għas-serati ta’ satirika li mistennija jittellgħu dalwaqt.
Filmat: Bla Kondixin
//= $special ?>

