Futbol Sport

Ghedin jagħżel it-22 għall-Italja

Il-kontinġent Malti għada filgħodu jmur l-Italja fejn il-Ħamis jilgħab logħba oħra ta’ kwalifikazzjoni minn Grupp H tal-Euro 2016 kontra l-Italja f’Firenze. Il-partita tibda fid-9 pm fi Stadio Artemio Franchi, f’Firenze.

It-tim jirritorna Malta eżatt wara l-logħba u se jibqa’ miġbur sal-Ħadd meta jerġa’ jkun fl-azzjoni, din id-darba f’Ta’ Qali kontra l-Ażerbajġan, fis-6.00pm.

It-tim nazzjonali taħt it-tmexxija ta’ Pietro Ghedin, ilbieraħ kellu żewġ sessjonijiet oħra ta’ taħriġ u fi tmiem l-aħħar sessjoni Ghedin sejjaħ it-22 plejer għall-Italja.

Dawn huma:
Gowlkipers: Henry Bonello (Valletta), Justin Haber (B’Kara), Andrew Hogg (Kalloni)
Difensuri: Andrei Agius (Hibs), Steve Borg (Limassol), Ryan Camilleri (Valletta), Alex Muscat (Sliema), Zach Muscat (B’Kara), Joseph Zerafa (B’Kara), Clayton Failla (Hibs), Clifford Gatt Baldacchino (Sliema)
Midfielders: Roderick Briffa (Valletta), Andrew Cohen (Hibs), Paul Fenech (B’Kara), Dylan Grima (Balzan), Bjorn Kristensen (Hibs), Rowen Muscat (B’Kara), Gareth Sciberras (B’Kara), Andre Schembri (O Nicosia)
Attakkanti: Alfred Effiong (Balzan), Michael Mifsud (Sliema), Jean Pierre Mifsud Triganza (Valletta), Steve Pisani (Floriana).

Mingħajr Giovinco
Intant Sebastian Giovinco ġie eskluż mill-iskwadra Taljana ta’ Antonio Conte minħabba injury fil-groin u se jitlef il-partiti kontra Malta u l-Bulgarija.