Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tnejn, 31 ta’ Awwissu.

IN-NAZZJON jgħid illi qed tirranka l-ispekulazzjoni dwar il-ħatra tal-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-BOV. F’rapport separat naqraw kif Simon Busuttil irid jagħmel politika differenti minn Joseph Muscat.

Il-ġurnal TIMES OF MALTA jikkwota lill-Kap tal-Oppożizzjoni jinsisti illi jekk ir-rapport dwar l-iskandlu Gaffarena huwa konkluż, allura l-Prim Ministru għandu jippubblika mal-ewwel din l-inkjesta.

L-ORIZZONT jgħid li l-Knisja għadha siekta fuq l-akkużi serji li għamel Fr Rene Camilleri.

THE MALTA INDEPENDENT tikkwota lill-President tal-Assoċjazzjoni tat-Tobba jgħid li l-Emerġenza riesqa lejn “breaking point”.