Waqt konferenza tal-aħbarijiet, li matulha ħabbar li se jkun qed jagħti somma flus lil xi familji, il-Ministru responsabbli mill-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia ddefenda l-prezzijiet għoljin tal-petrol u d-diesel.
Il-prezzijiet f’pajjiżna huma għoljin ħafna meta mqabbla mal-kumplament tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, tant li f’Malta għandna r-raba’ l-ogħla prezz tad-diesel fl-Ewropa, minkejja li l-prezz internazzjonali taż-żejt niżel b’75%.
Mistoqsi minn maltarightnow.com, il-Ministru Michael Farrugia għażel li jattakka lill-Oppożizzjoni, minkejja sentejn u nofs ilu l-prezz internazzjonali taż-żejt kien aktar minn 110 dollaru kull barmil u issa l-prezz hu viċin l-40 dollaru kull barmil … jiġifieri kważi kwart ta’ dak li kien sentejn u nofs ilu.
Madankollu, il-Ministru għażel li jiddefendi l-prezzijiet għoljin f’Malta, minkejja prezzijiet f’livell rekord baxx. Sadanittant, wara l-konferenza tal-aħbarijiet, ippruvajna nieħdu risposta aktar ċara mingħand il-Ministru Michael Farrugia.
Segwi xi kkummenta l-Ministru Michael Farrugia għall-mistoqsijiet ta’ maltarightnow.com.
//= $special ?>

