Internazzjonali

Jissikkaw il-kontrolli tul il-fruntiera Awstrjaka

epa04905919 Austrian Police officers stop and search a car with nine adults and two children (a Persan man hid in the trunk) as they patrol on the motorway near the Austro-Hungarian border, in Nickelsdorf, Austria, 30 August 2015. As of 30 August, larger vehicles are being stopped as Austrian authorities search for migrants crossing in from Hungary. Police activity on the border has reportedly increased since 71 Syrian migrants who were trying to reach Western Europe were found dead in a lorry on an Austrian motorway on 27 August. Hungary is one of the countries bearing the brunt of the migration push with many asylum seekers who make it to Greece traveling through the Balkans to reach Hungary, which they see as a transit point to countries further west in the European Union. EPA/HERBERT P. OCZERET

Il-Gvern Awstrijak ħabbar li nstabu aktar minn 200 immigrant, xi sigħat wara li l-pajjiż issikka l-kontrolli mal-fruntiera komuni mal-Ungerija. Intant, ħames traffikanti tal-bnedmin spiċċaw arrestati, bl-awtoritajiet fi Vjenna jżidu l-kontrolli .
Il-Ministru Awstrijak għall-Intern, Johanna Mikl-Leitner, qal li l-kontrolli ma kenux ‘il-miżuri klassiċi għall-ħarsien tal-fruntiera’ . Hi spjegat ukoll li Vjenna, f’dan il-każ, ma kenitx qed tikser il-ftehim ta’ Schengen li jirrikjedi moviment ħieles bejn il-fruntieri tal-Ewropa.
L-awtoritajiet Awstrijaċi qegħdin jieħdu azzjoni speċifika fil-konfront tat-traffikanti wara s-sejba, il-ġimgħa l-oħra, ta’ 71 katavru ta’ immigranti fi trakk abbandunat.
Sadanittant, il-gwardjani tal-kosta tal-Greċja tellgħu kważi 2,500 immigrant mill-baħar wara għexieren ta’ missjonjiet tat-tip search and rescue li saru fi tmiem il-ġimgħa. Dawn l-immigranti huma parti minn eżodu kbir ta’ nies li qed jaħarbu mill-gwerrer u l-faqar fil-Lvant Nofsani, l-Afrika u l-Asja bit-tama li jsibu s-sigurtà fl-Ewropa.