Internazzjonali

Miet id-direttur tal-films Wes Craven

Id-direttur Amerikan tal-films tal-orrur, Wes Craven – li hu responsabbli għall-famużi ‘Nightmare on Elm Street’; ‘Scream’ u ‘The Hills Have Eyes’ miet bil-kanċer, fl-età ta’ 76 sena.
Craven miet fid-dar tiegħu f’Los Angeles.
Craven kien kiteb u dderieġa ‘A Nightmare on Elm Street’ fl-1984 li jibqa’ fost l-aktar sensiliet tal-orrur rinomati għal kull żmien. Permezz ta’ ‘Elm Street’ – fejn il-personalità prinċipali hu qattiel bl-isem ta’ Freddy Krueger.
Intant, is-sensiela tal-films bit-tema ‘Scream’ iġġeneraw dħul ekwivalenti għal $100 miljun fl-Istati Uniti. L-istess direttur kien kiteb u dderieġa l-ewwel film tiegħu, ‘The Last House on the Left’, fl-1972 u dan l-aħħar kien iffirma ftehim biex jiżviluppa l-programmi għat-televiżjoni, fosthom sensiela ġdida ta’ ‘Scream’ għall-MTV.