Lokali

Ritratti: Żejt iniġġes il-baħar fiż-żona tat-Tunnara, fil-Mellieħa

Persuni li fi tmiem il-ġimgħa marru jgħumu fiż-żona tat-Tunnara, fil-Mellieħa, spiċċaw jitilgħu mill-baħar mill-ewwel minħabba li l-baħar kien imniġġes minn ammont ta’ żejt.

Dan hu l-aħħar minn sensiela ta’ każi ta’ tniġġis ta’ żejt fil-baħar fl-aħħar jiem, f’diversi partijiet ta’ Malta.

Fost l-agħar milquta mit-tniġġis tal-aħħar ġimgħat hemm Birżebbuġa, fejn mhux biss kien hemm iktar ħruġ ta’ żejt imma wkoll tniġġis mill-għalf tal-ħut fil-fish farms.