Sewwieq żagħżugħ ta’ mutur weġġa’ u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kien involut f’inċident ta’ traffiku ma’ karozza f’Birżebbuġa.
Fl-inċident, li seħħ għall-ħabta tal-10am fi Triq Għar Dalam, il-mutur misjuq miż-żagħżugħ ta’ 22 sena minn Birżebbuġa stess kien involut f’impatt ma’ karozza tat-tip Ford Fiesta, misjuqa minn mara ta’ 44 sena minn Birżebbuġa wkoll.
Fil-post waslu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Filwaqt li l-mara ma sofriet l-ebda feriti, iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar għall-kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar il-każ.
//= $special ?>
