Lokali

Żagħżugħ fil-periklu li jitlef ħajtu wara li ħabat rasu ma’ qiegħ il-baħar meta kien qed jaqbeż

Żagħżugħ ta’ 17-il sena minn Ħaż-Żabbar jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li ħabat rasu meta qabeż il-baħar. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-12.40pm fil-Bajja ta’ San Tumas f’Marsaskala.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija, jirriżulta li ż-żagħżugħ qabeż għal rasu meta ħabat mal-blat f’qiegħ il-baħar.

Hu ngħata l-ewwel għajnuna fil-post sakemm wasal tim mediku, li ħa liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Hemm, hu kien iċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

Il-Pulizija tad-Distrett qed jinvestigaw il-każ, filwaqt li nħatru diversi esperti biex jassistu f’Inkjesta Maġisterjali.