Lokali

Aġġornata: Sirjan, sid ta’ appartament, isofri feriti gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular bit-tank tal-ilma

Sirjan sofra feriti gravi kawża ta’ xi ksur li ġarrab wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular fl-appartament propjetà tiegħu stess fi Triq il-Barrieri fiż-Żurrieq.

Jirriżulta li għall-ħabta tad-9.30am, ir-raġel, ta’ 55 sena residenti San Ġwann, kien qed itella’ tank tal-ilma meta għal xi raġuni waqa’ minn għoli ta’ madwar sular bit-tank b’kollox.

Fil-post, is-Sirjan ingħata l-għajnuna wkoll minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qabel ma wasal tim mediku mill-Isptar Mater Dei.

Mal-wasla l-Isptar, hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi, bl-informazzjoni li kiseb Radio 101 tgħid li l-barrani sofra xi ksur fil-kustilji.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

tarag