Tifel ta’ 10 snin weġġa’ u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li ntlaqat minn karozza f’Santa Venera.
Il-vettura kienet qed tinstaq minn anzjan ta’ 70 sena minn Santa Venera stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30pm fi Triq l-Imsida, bit-tifel jingħata l-ewwel għajnuna fil-post u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Hemm, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn feriti ħfief.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>

