Mijiet ta’ dimostranti pprotestaw barra stazzjon ewlieni tal-ferrovija fil-kapitali Ungeriża Budapest wara li l-Pulizija għalqet it-Terminal biex tevita li d-dimostranti jivvjaġġaw lejn diversi pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.
Id-dimostranti bdew jgħajtu l-kelma “Ġermanja”, filwaqt li xejjru l-biljetti tal-ferrovija wara li l-Pulizija ġiegħlithom joħorġu mill-istazzjon tal-ferrovija.
Filwaqt li l-Uffiċjali f’Budapest qalu li l-Ungerija qed tipprova żżid l-ordni u tinforza r-regoli tal-Unjoni Ewropea, il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel sejħet għad-distribuzzjoni xierqa ta’ refuġjati madwar l-Ewropa.
L-Uffiċjali fl-Ungerija sostnew li abbandunaw l-isforzi biex jirreġistraw lill-immigranti taħt ir-regoli tal-Unjoni Ewropea, hekk kif ir-regoli jesiġu li l-immigranti jfittxu kenn politiku fl-ewwel pajjiż li jidħlu fih.
//= $special ?>