Uħud mill-istudenti li bħalissa għaddejjin bir-resits tal-O Levels talbu revision of paper madankollu baqgħu ma rċivew xejn.
Dan wassal biex l-istudenti qed jispiċċaw għamlu eżamijiet li jista’ jkun qed isiru għalxejn għaliex bir-revision of paper hemm ċans li l-marki jiżdiedu u saħansitra l-istudenti jispiċċaw iġibu marka li biha jgħaddu.
Omm tispjega li bintha qattgħet Sajf sħiħ tistudja u ħallset ukoll għall-privat meta kien hemm każi, din is-sena stess, fejn marki telgħu minn 7 u li allura tfisser li dak li jkun ma jkunx għadda, għal 4 u allura pass mark.
//= $special ?>

