Ħarsa lejn il-faċċati tal-ġurnali:
In-Nazzjon b’rapport dwar Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista li spiċċaw esklużi minn laqgħa li talbu huma stess.
Times of Malta bir-rapport ewlieni jkun dwar it-titjira tal-Air Malta li ftit tal-jiem ilu rritornat lura Malta wara li kienet nofs triq lejn Manchester, b’dan il-ġurnal jgħid li t-titjira rritornat lura biex tiġbor passiġġieri li tħallew l-art.
The Malta Independent b’rapport dwar laqgħa li saret għar-residenti ta’ Tas-Sliema, fejn il-Pulizija tal-lokalità appellaw lir-residenti biex jgħaddu informazzjoni dwar uċuħ mhux familjari minħabba ż-żieda fis-serq f’din iż-zona.
L-Orizzont b’rapport dwar laqgħa li kellhom il-Ministri Ewropej wara l-mewt ta’ aktar immigranti.
//= $special ?>
