Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien, l-Arċisqof Mons Charles Scicluna ngħaqad f’attività li matulha tħawwlu siġar fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali.
L-attività kienet organizzata mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent tal-Knisja u għaliha attendew ukoll studenti mill-IskolaSajf ta’ San Pawl il-Baħar, rappreżentanti ta’ għaqdiet ambentali u tal-iżviluppaturi, kif ukoll mexxejja ta’ denominazzjonijiet Insara oħra.
Għall-attività attendew ukoll il-Ministru tal-Ambjent Leo Brincat, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni Charlo Bonnici u d-Deputat Chairperson tal-AD Carmel Cacopardo.
Din l-attività kienet waħda minn sensiela ta’ attivitajiet oħrajn b’rabta ma’ dan il-Jum. Fost oħrajn, fi tmiem il-ġimgħa li għadda, fil-Knejjes tqassmu kartolini biex l-Insara jirriflettu aktar dwar ir-rikkezza u s-sbuħija tal-ħolqien.
L-1 ta’ Settembru ntagħżel mill-papa Franġisku biex l-Insara madwar id-dinja jitolbu b’mod speċjali għall-ħarsien tal-ħolqien.
//= $special ?>

