Mill-inqas 17-il persuna tilfu ħajjithom fin-nirien li qabdu f’kumpless ta’ ħabs fil-limiti ta’ Valencia fil-Venezwela. Ir-rapporti semmew li fl-inħawi ndarbu għadd ta’ persuni.
Fil-preżent, l-awtoritajiet qed jinvestigaw il-kaġun tan-nirien fil-ħabs ta’ Tocuyito, filwaqt li l-ħabsin qed jgħidu li t-traġedja kienet dovuta għal difett fis-sistema tal-elettriku tal-kumpless. Madankollu, l-investigaturi għad iridu jipprovdu rapport uffiċjali ta’ x’ġara.
Il-ħabsijiet fil-Venezwela, is-soltu, ikunu ffullati bil-priġunieri u kemm-il darba jqumu inċidenti vjolenti bejn il-ħabsin infushom. Fil-fatt, il-grupp Venezwelan Prison Observatory qal li ’l fuq minn 300 ħabsi spiċċaw maqtula fl-2014.
//= $special ?>