L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina A.D.1947 tal-Mellieħa illum se tkun qiegħda ttella’ l-kunċert annwali tagħha fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Marija Bambina nhar it-Tlieta 1 ta’ Settembru fit-20.00 fil-pjazza tal-Parroċċa.
Dan il-kunċert se jkun mżewwaq b’diversi tipi ta’ mużika, minn stil klassiku sa dak modern li żgur għandhom jolqtu l-gosti ta’ kulħadd. Il-kunċert mużikali li ilu jigi mtellgħa mill-1992, se jsir bis-sehem ta’ diversi kantanti, żeffiena, kor u orkestra u diversi protagonisti oħra lokali. Dan il-kunċert huwa minghajr ħlas u nħeġġu lil kulħadd biex jaħseb kmieni.
Ta’ min jgħid ukoll li d-daqq li jsir fil-knisja Parrokkjali tal-Mellieħa kemm ta’ lejliet u nhar il-festa huma fir-responsabilta’ tal-kor u l-orkestra tal-istess Għaqda. Il-mużika tal-quddies u l-għasar li jindaqqu fil-festa hija kompożizzjoni ta’ ex-surmast tal-istess Għaqda, Mro Carmel Muscat filwaqt li ż-żewg antifoni huma ta’ Mro Carmel Muscat u t’ Aronne Sultana.
Il-kumitat tal-Għaqda Korali u Orkestrali ‘Maria Bambina’ jixtieq jistieden ukoll lil kull min jixtieq jara l-aħħar żviluppi fil-proġett tal-bini billi jasal wasla sad-Dar tal-Għaqda li jinsab 91 Triq il-Parroċċa tal-Mellieħa.
Kemm il-programm annwali tal-ewwel ta’ Settembru kif ukoll il-mużika fil-knisja Parrokkjali tal-Mellieħa ikunu taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Kenneth Fenech.
//= $special ?>