Mara tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha wara inċident f’Ħal Balzan.
L-inċident sehh għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ wara nofsinhar fi Triq il-Wied f’Ħal Balzan. Jirriżulta li l-mara li għandha 54 sena kienet miexja fuq bankina meta għal xi raġuni waqgħet mal-art.
Kawza tal-waqa’ jirriżulta li l-mara ġarrbet ġrieħi serji f’rasha
Mill-ewwel fuq il-post issejħu l-Pulizija kif wkoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħadu lill-mara l-isptar għall-kura.
//= $special ?>

