Mijiet ta’ immigranti matul il-lejl li għadda waslu fil-kapitali Awstrijaka, Vjenna, wara li kienu qed jinżammu mal-fruntiera tal-Ungerija. Mal-wasla tagħhom fl-Awstrija, ħafna minnhom minnufih rikbu fuq ferroviji fi triqthom lejn il-Ġermanja.
In-numru ta’ immigranti li qed jidħlu fl-Ewropa laħaq livelli rekord, b’aktar minn 105,000 jidħlu f’Ġunju biss.
Hekk kif eluf ta’ persuni inġabru fl-Awstrija biex jinsistu għal drittijiet aħjar għall-immigranti, dan il-pajjiż fl-aħħar jiem żied il-kontrolli fit-toroq wara l-inċident li fih instab trakk b’71 immigranti mejta fih.
//= $special ?>