50 parteċipant minn 16-il pajjiż differenti jirċievu ċertifikat ta’ parteċipazzjoni
Ġiet fi tmiemha l-ewwel edizzjoni ta’ ‘ELSA Malta Maritime Summer Law School’, li matulha, aktar minn 50 parteċipant minn 16-il pajjiż differenti, ġew f’pajjiżna għal ġimgħa sħiħa ta’ lectures dwar il-liġi Marittima.
Is-‘Summer Law School’ intemmet b’ċeremonja ta’ preżentazzjoni ta’ ċertifikati lill-paretċipanti mill-Professur David Attard, id-Direttur tal-Istitut Internazzjonali dwar il-Liġi Marittima (IMLI)
Din il-ġimgħa ta’ lectures dwar il-liġi Marittima ma kinitx tkun tista’ tkun suċċess mingħajr Dr. Max Ganado, Dr. Caroline Risiott u Dr. Louis Cassar Pullicino minn Ganado Advocates; Dr. Jean-Pie Gauci-Maistre minn Gauci-Maistre Xynou, Dr.Ann Fenech minn Fenech & Fenech Advocates, Dr. Kevin Dingli minn Dingli & Dingli Law Firm u Dr. Felicity Attard, lecturer fl-Universita’ ta’ Malta. Apparti minn hekk taw lectures ukoll is-Sur Chris Bergedahl minn Deloitte Malta, is-Sur Charles Caruana minn GM International Services Ltd u s-Sur Peter Buhagiar minn Transport Malta.
ELSA Malta tirringrazzja b’mod partikolari lill-IMLI għas-sapport tagħhom f’din l-ewwel edizzjoni tas-Summer Law School.
Il-Kumitat Organizzattiv ta’ din is-Summer Law School ħadem kemm felaħ biex din l-ewwel edizzjoni setgħet tkun suċċess, filwaqt li nżamm bilanċ tajjeb bejn il-programm akkademiku għall-istudenti u l-programm soċjali. Il-parteċipanti, matul din il-ġimgħa, gawdew minn ġimgħa sħiħa t’attivitajiet li nkludew ‘boat party’, żjara kulturali f’Għawdex u l-Belt Valletta u riċeviment Gala fi tmiem il-ġimgħa.
ELSA Malta tirringrazzja wkoll lill-Awtorita’ Maltija dwar it-Turiżmu għall-għajnuna tagħha kif ukoll lill-Awtorita’ tal-Port Ħieles li laqgħu l-grupp tal-istudenti fi żjara hemmek.
Fl-aħħar u mhux l-inqas, ringrazzjament speċjali jmur għal kumpanija Deloitte Malta għall-għajnuna tagħhom fl-organizazzjoni tal-attivita’ fix-xhur li għaddew, kif ukoll lill-kumpanija Gauci-Maister Xynou, li kienu l-isponsors ta’ din is-Summer Law School.
//= $special ?>

