In-Nazzjon fl-istorja prinċipali tagħha titkellem dwar il-falliment tal-Gvern ta’ Muscat fit-tmexxija tal-Isptar. Dan il-ġurnal jgħid li l-pazjent qed jitħalla jitlef id-dinjità tiegħu filwaqt li ħaddieħor isir sinjur minn flus il-poplu. F’ritratt kbir In-Nazzjon turi wkoll wieħed mill-klieb il-ġodda tal-Pulizija.
The Malta Independent fl-istorja prinċipali tagħha titkellem dwar id-difiża tal-Ministeru għall-Intern qal li l-interdizzjoni ġenerali ta’ Clyde Joe Cassar, li kien kandidat għal-deputat Mexxej tal-Partit Laburista u li qed jaħdem fis-settur pubbliku kienet ġiet revokata mill-qorti. Storja tikkwota lil Joe Mizzi, il-Ministru għat-Trasport fejn qal li l-idea li l-iskejjel jibdew siegħa qabel għadha biss proposta. Ritratt fil-faċċata ta’ dan il-ġurnal juri wkoll protesti ta’ immigranti li jridu jidħlu fl-Ewropa.
The Times of Malta fl-istorja prinċipali tagħha titkellem dwar eżodu massiv tal-ogħla uffiċjali mill-Korp tal-Pulizija… issemmi kif it-tliet deputati kummissarji tal-Pulizija rtiraw mill-Korp kif ukoll żewġ assistenti kummissarji oħra tefgħu r-riżenja tagħhom. Dan fid-dawl tal-kriżi li għaddej minnha l-korp anke f’dik li hi kredibiltà. Storja oħra titkellem dwar inkejsta li għaddejja hekk kif 50 barrani issottomettew l-istess indirizz fl-applikazzjoni tagħhom għad-dokumentazzjoni uffiċjali tagħhom biex ikunu jistgħu jgħixu Malta.
Malta today titkellem dwar kif l-Isqof t’Għawdex Mario Grech ma riedx li jispjega kif ma tkeċċix l-allegat qassis li hu pedofelu. Dan qed isir anke fid-dawl tad-dikjarazzjoni tal-Arċisqof Charles Scicluna li saħaq li se jkun qed jiġġieled kull tip ta’ abbuż. Storja oħra tgħid li l-MUT, l-Union tal-għalliema qed titlob trasport pubbliku b’xejn għall-istudenti.
L-istorja prinċipali tal-Orizzont hi intitolata Dagħwa. Din l-istorja tirrapporta x-xhieda ta’ uffiċjal tad-Dwana li kien qed jixhed fil-qorti dwar il-kontejner vojt li nħareġ bla spezzjoni mill-Port Ħieled fl-allegat każ ta’ kuntrabandu ta’ 10.5 miljun sigarett. Storja oħra tikellem dwar kif eksuffiċjal għoli tal-cricket Indjan arrestat f’Malta fuq ħasil ta’ flus. Rapport ieħor jgħid li ntlaqgħet talba għal-laqgħa bejn il-GWU u rappreżentanti għolja tal-ST.
//= $special ?>
