Skiet totali mill-Electrogas dwar il-garanzija bankarja ta’ €360 miljun mill-Gvern Malti, liema garanzija għadha qed tistenna l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li saret talba lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga l-garanzija.
Catherine Halpin, kelliema għall-Electrogas, evitat milli twieġeb mistoqsijiet dwar il-kontroversja tal-garanzija bankarja u anke dwar il-fatt li Gasol irtirat mill-konsorzju li se jibni l-Power Station tal-gass.
Sadanittant, fl-impjant ta’ Siemens, fl-Iżvezja, bħalissa qed jiġu mmuntati t-tliet turbini tal-gass għall-Power Station il-gdida f’Delimara. It-turbini ġew ippreżentati lill-ġurnalisti waqt żjara organizzata minn Siemens, li hi wahda mill-kumpaniji li jiffurmaw il-konsorzju Electrogas. L-ewwel turbina mistennija tiġi trasportata bil-baħar lejn Malta f’Novembru li ġej.
L-impjant se jkun magħmul minn tliet turbini tal-gass u turbina oħra li taħdem bil-fwar, li qed tinbena separatament fil-Ġermanja. Siemens qed jiżviluppaw turbini tal-gass għal Malta b’teknoloġija li ilha tintuża’ mill-1999, skont mudell imsejjaħ SGT800.
//= $special ?>

