Hemm għadab hekk kif matul il-ġurnata tal-Erbgħa fir-Repubblika Ċeka uffiċjali bdew jiktbu numru fuq id l-immigranti, kbar u żgħar, li qed jidħlu fil-pajjiż. Dan wara li jitniżżlu mill-ferroviji fir-reġjun ta’ Monravia, fin-Nofsinhar tar-Repubblika Ċeka, u b’xi wħud mill-immigranti kienu qed u jkunu arrestati.
Sadattant l-Italja se terġa’ tintroduċi temporanjament il-kontrolli tul il-fruntiera mal-Awstrija fuq talba tal-Ġermanja. Uffiċjali f’Bolzano qalu li din hi miżura temporanja biex l-awtoritajiet fil-Bavarja jkunu jistgħu jorganizzaw ruħhom quddiem din il-kriżi.
Nhar it-Tlieta fir-reġjun tal-Bavarja kienu reġistrati 2,500 immigrant ġdid b’total ta’ kważi 4,300 immigrant jidħlu din il-ġimgħa biss.
L-awtoritajiet tas-Sud Tirol fl-Italja qablu wkoll li jieħdu lura madwar 400 immigrant li kienu waslu fi Munich biex itaffu ftit mill-pressjoni fuq l-istat Ġermaniż li mhux qed ilaħħaq mal-kobor.

