Ġurnalista ewlenija fil-pajjiż li investigat diversi każi ta’ korruzzjoni, intbagħtet seba’ snin u nofs ħabs.
Khadija Ismayilova kienet akkużata b’diversi akkużi, fosthom evażjoni tat-taxxa. Attivisti favur id-demokrazija f’Baku qalu li dawn l-akkużi kienu motivati politikament għaliex kienet qed tniggeż wisq lill-Gvern tal-Ażerbajġan. Il-każ ta’ Ismayilova qanqal kundanna internazzjonali kbira kemm għaliex l-akkużi kontriha kienu motivati politikament, kif ukoll minħabba ż-żmien twil li nżammet arrestata qabel ma tressqet il-qorti.
Il-ġurnalista kienet ilha minn Diċembru tinżamm arrestata. Hekk kif inqrat is-sentenza kontriha, hi wiegħdet li jagħmel x’jagħmel il-Gvern tal-Ażerbajġan, ma kienx se jagħlqilha ħalqha.
Ġurnalista kundannata seba’ snin u nofs ħabs fl-Ażerbajġan


