Aġġornata b’filmat
Dak li ilha tgħid l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, li aktar minn nofs l-impjiegi li qed jinħolqu mal-privat huma għall-barranin, ġie kkonfermat mill-Ministru responsabbli mix-xogħol Evarist Bartolo.
Il-konferma ġiet f’Konferenza tal-Aħbarijiet li saret l-Erbgħa filgħodu, u li matulha, l-Ministru tax-Xogħol Evarist Bartolo, flimkien mal-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona, tkellem dwar il-figuri tal-impjiegi f’pajjiżna.
Dan ġie kkonfermat ukoll miċ-Chairman tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) Clyde Caruana li wkoll kien preżenti għal din il-konferenza u li kkonferma li nofs l-impjiegi li qed jinħolqu qed imorru għand il-barranin.
Evarist Bartolo qal li f’ċertu setturi partikolari l-impjiegi qed jittieħdu mill-barranin għax il-Maltin m’għandhomx il-ħiliet meħtieġa u semma s-settur tal-kostruzzjoni bħala eżempju.
Qal li imbgħad hemm setturi oħra fejn l-impjiegi qed jittieħdu mill-barranin peress li l-Maltin ma jkunux iridu li jaħdmu.
Mistoqsi dwar ċertu setturi partikolari aktar sofistikati bħall-igaming u t-turiżmu, magħrufa bħala ‘high-end jobs’, iċ-Chairman tal-ETC Clyde Caruana spjega aktar fid-dettal dak li qal il-Ministru Evarist Bartolo, jiġifieri li hemm aktar minn 50% tal-impjiegi f’dawn l-qosma li qed jittieħdu mill-barranin.
//= $special ?>
