Il-forzi tas-sigurtà Griegi interċettaw vapur mimli armi dirett lejn il-Libja. Il-vapur kien telaq minn port Tork.
Ir-rejd sar hekk kif il-vapur kien madwar 20 mil nawtiku fil-Grigal ta’ Kreata. Abbord kien hemm ekwipaġġ ta’ seba’ persuni u l-vapur kien telaq mill-port Tork ta’ Iskenderun.
Kontra l-Libja hemm embargo tal-armi impost min-Nazzjonijiet Uniti.
Il-vapur kien identifikat bħala ‘Haddad 1’ li jtajjar bandiera tal-Bolivja. Jidher li d-destinazzjoni finali kienet il-port Libjan ta’ Misurata.
Il-vapur ilbieraħ iddaħħal f’port fi Kreta fejn imbagħad kellha tibda tfittxija bir-reqqa biex ikun magħruf x’armi hemm abbord.
Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada
//= $special ?>