Il-kowċ nazzjonali Karl Izzo assistit minn Anthony Farrugia ħabbru skwadra ta’ 25 plejer għat-turnament ta’ kwalifikazzjoni minn Grupp B taċ-Champions League tal-LEN – li se jintlagħab Malta bejn għada u l-Ħadd – u għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni mill-Kampjonati Ewropej li se jintlagħbu bejn il-25 u s-27 ta’ Settembru.
Kif mistenni l-aktar klabb rappreżentat hu dak taċ-Champions San Ġiljan li għandhom 7 plejers segwiti minn 6 ta’ Neptunes, 5 ta’ Sliema, 4 ta’ Sirens u tlieta ta’ Valletta.
Il-plejers huma
Peter Borg, Aurelian Cousin, Andreas Galea, Ben Plumpton, Joseph Sammut, Dino Zammit, Matthew Zammit (Sann Ġiljan); Alan Borg Cole, Jordan Camilleri, Steve Camilleri, Niki Lanzon, Clint Mercieca, Michele Stellini (Neptunes); Alex Attard, Nicholas Bugelli, Kai Dowling, Jerome Gabarretta, Mark Meli (Sliema); Edward Aquilina, Luke Caruana, Marc Grech, Nicholas Grixti (Sirens) u Ryan Mock, Michael Rizzo, Ryan Sciortino (Valletta).
Fiċ-Champions League it-tim Malti se jkun qed jilgħab taħt l-isem ta’ Valletta u se jilgħabt kontra VK Budva tal-Montenegro, Sport Management Verona tal-Italja u DIGI Oradea tar-Rumanija. L-ewwel logħba se tkun għada fis-6 p.m. kontra VK Budva.
//= $special ?>

