Internazzjonali

Mal-4,000 immigrant jitwasslu sal-Greċja

epa04908280 Syrian refugees enter a bus after arriving by ferry at the port of Piraeus, near Athens, Greece, 01 September 2015. The ship arrived in the port of Piareus carrying about 1,800 Syrian refugees who landed on the Greek island of Lesvos from Turkey. Some 20,000 refugees arrived on Greek islands last week while the Greek people on the islands are struggling amidst the financial crisis and the height of the tourist season. EPA/YANNIS KOLESIDIS

Fiċ-ċentru tal-Greċja, fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa waslu aktar minn 4,000 immigrant fil-port ta’Piraeus. Dawn twasslu bil-vapur mill-gżira Griega ta’ Lesbos fejn kienu żbarkaw.
Dan hekk kif l-Unjoni Ewropea qed tistinka biex issib linja komuni biex tikkonfronta din il-kriżi. Kelliem għall-Kummissjoni Ewropea qal li kienet qed titlesta proposta għal mekkaniżmu biex awtomatikament jitqassmu dawk li qed ifittxu kenn fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
L-Italja u l-Greċja qed jilmentaw li ma jifilħux aktar għall-wasla kontinwa ta’ immigranti.
Tul il-ġimgħa li għaddiet, il-Greċja rreġistrat il-wasla ta’ 23,000 immigrant li skont il-Frontex kienet żieda ta’ 50 fil-mija mal-ġimgħa ta’ qabel. Ħafna minn dawk li jaslu jiżbarkaw fil-gżira ta’ Lesbos fejn skont il-media Griega, tul il-ġimgħa li għaddiet kienet reġistrata l-wasla ta’ 17,500 immigrant.
Il-Gvern Grieg qed jinsisti li m’għandux riżorsi biex jieħu ħsieb daqstant nies imma gruppi ta’ voluntieri qed isostnu li hemm fejn il-Gvern jista’ jagħmel aktar. Hemm ukoll polemiki fl-Italja minħabba l-ammont kbir ta’ immigranti li qed ikunu salvati fil-Mediterran.
Il-kriżi qed titqies bħala l-agħar waħda fl-istorja moderna tal-Ewropa u qed tqanqal diversi polemiki madwar l-Unjoni Ewropea. F’Lulju biss kienu 107,500 l-immigranti li daħlu fl-UE u l-Ġermanja qed tikkalkula li din is-sena se tkun qed tagħti kenn lil 800,000 immigrant – erba’ darbiet aktar mit-total tas-sena li għaddiet.
Issa l-Ministri tal-Intern tal-Unjoni Ewropea se jiltaqgħu fi Brussell fl-14 ta’ Settembru biex jippruvaw jindirizzaw din il-kriżi.