Tmien persuni tilfu ħajjithom wara li nar ħakem blokk ta’ appartamenti fil-belt kapitali Pariġi. Il-Pulizija qed tissuspetta li n-nar tqabbad apposta.
Fost il-vittmi hemm żewġt itfal kif ukoll żewġ persuni li qabżu mit-tieqa tal-appartament tagħhom. Hemm ukoll erba’ persuni l-isptar f’kundizzjoni gravi.
Aktar minn 100 pumpier stinkaw fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa biex jikkontrollaw in-nirien. Sagħtejn qabel, il-pulizija tat-tifi tan-nar kienu marru ħdejn l-istess blokk ta’ appartamenti biex jitfu nar ieħor.
It-traġedja seħħet f’4 rue Myrha, fit-tarf ta’ Montmartre. L-indikazzjonijiet huma li n-nar tqabbad fit-taraġ hekk kif wieħed jidħol fl-appartament.
Anne Hidalgo, is-Sindku ta’ Pariġi, qalet li dan ma kienx xi blokk ta’ appartamenti li jinkera lin-nies fqar u li 15-il binja oħra fiz-zona kienu effettwati.
Hu mifhum li dan hu l-agħar każ simili fil-belt kapitali Franċiża f’dawn l-aħħar għaxar snin.
Traġedja fil-qalba ta’ Pariġi
